Skip to main content

Drittijietek

Diversi paġni ta’ informazzjoni rigward id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u s-sistemi kostituzzjonali tal-Istati Membri jiggarantixxu d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE. Jekk inti imputat f’kawża dwar id-drittijiet tal-liġi kriminali fl-UE, inti intitolat li tkun taf id-drittijiet tiegħek f’kull pajjiż tal-UE għal kull stadju tal-proċess, mill-fażi ta’ investigazzjoni sa wara l-ġuri. Jekk inti vittma ta’ reat, allura tkun tista’ tkun taf x’inhuma d-drittijiet tiegħek matul il-proċess, jekk tikkwalifikax għal kumpens u, jekk tkun ingħatajt miżuri protettivi, kif dawn tittrasferihom meta tivvjaġġa jew tiċċaqlaq f’pajjiż ieħor tal-UE.

Imputati (proċeduri kriminali)

Jekk inti suspettat jew jekk ġejt akkużat li wettaqt reat kriminali, dawn l-iskedi informattivi se jispjegawlek il-proċess kriminali u l-istadji differenti involuti. Hawn issib spjegazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi tiegħek f’kull stadju, mill-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali sal-proċess innifsu u anki wara li dan jintemm. L-iskedi informattivi jipprovdu wkoll informazzjoni dwar kif jiġu trattati r-reati minuri, bħar-reati tat-traffiku fit-triq.

Dokumenti pubbliċi

Ir-Regolament dwar id-Dokumenti Pubbliċi (Regolament 2016/1191), li ġie adottat fis-6 ta’ Lulju 2016 u japplika fil-pajjiżi kollha tal-UE mis-16 ta’ Frar 2019, jissimplifika ċ-ċirkolazzjoni ta’ ċerti dokumenti pubbliċi.

Aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali

Jekk inti vittma ta' attività ta' ħsara għall-ambjent jew jekk inti biss ċittadin viġilanti li trid tipproteġi l-ambjent, huwa utli li tkun taf x'inhuma d-drittijiet tiegħek meta jew tindirizza lil xi qorti tal-ġustizzja jew meta tressaq ilment quddiem xi wieħed mill-korpi nazzjonali kompetenti, b'mod partikolari jekk inti tinsab imsiefer. Waqt li tipprattika dawn id-drittijiet inti tista' wkoll titlob għall-għajnuna b'informazzjoni prattika mill-awtoritajiet u organizzazzjonijiet nazzjonali. F'ċerti każijiet jista' jkun diffiċli tkun taf x'għandek tagħmel u għand min għandek tmur. Dawn l-iskedi informattivi se jipprovdulek varjetà ta' tagħrif dwar dak li għandek tistenna f'kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna