Skip to main content

Il-Vittmi ta' delitti (għalkemm hawnhekk tista' tfisser ukoll tal-kriminalità)

Jekk sfajt vittma ta' att kriminali, għandek għadd ta' drittijiet.  Dan jista' jkun fil-proċedimenti kontra t-trażgressur (proċedimenti kriminali) jew rigward kumpens, protezzjoni u assistenza. Dawn id-drittijiet ivarjaw fost l-Istati Membri differenti tal-Unjoni Ewropea (UE).

Vittmi (proċeduri kriminali)

Huwa importanti li l-vittmi jkollhom rwol attiv fil-proċedimenti kriminali kontra t-trasgressur. Filwaqt li l-iskop prinċipali tal-proċedimenti kriminali huwa li tiġi vvalutata r-responsabbiltà tat-trasgressur(i), normalment il-vittmi jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv u bi dritt tagħhom. Id-Direttiva tal-2012 dwar id-Drittijiet tal-Vittmi ssaħħaħ id-drittijiet tal-vittmi inkluż id-drittijiet proċedurali.

Kumpens

Vittmi ta’ reat fl-Unjoni Ewropea (UE) jistgħu jieħdu kumpens għal kwalunkwe korriment u/jew danni li jkunu ġarrbu, irrilevantement minn fejn fit-territorju tal-UE ikun twettaq ir-reat.

Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Bħala vittma ta’ reat, tista’ tibbenefika minn għadd ta’ drittijiet, u assistenza minn organizzazzjonijiet u awtoritajiet nazzjonali biex jagħtuk parir u jgħinuk. Dawn l-iskedi informattivi jipprovdulek sensiela ta’ informazzjoni dwar x’tista’ tistenna f’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna