Skip to main content

Taħriġ, networks ġudizzjarji u aġenziji

Taħriġ ġudizzjarju u networks professjonali

It-taħriġ ġudizzjarju Ewropew jinvolvi t-taħriġ tal-ġuristi fil-leġiżlazzjoni sostantiva u proċedurali tal-UE u t-titjib tal-għarfien tagħhom ta’ sistemi ġudizzjarji nazzjonali fi Stati Membri oħra u s-sensibilizzazzjoni tagħhom dwarhom. Tingħata prijorità lill-imħallfin u lill-prosekuturi responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew huwa wkoll essenzjali għal ġuristi oħrajn, bħall-persunal tal-qorti, l-avukati, is-solicitors (avukati li ma jipprattikawx il-qorti), il-marixxalli tal-qorti, in-nutara u l-medjaturi. Il-ġuristi jistgħu japplikaw għal xi wieħed jew ieħor min-networks jew organizzazzjonijiet li jorganizzaw it-taħriġ rilevanti, skont il-professjoni jew il-ħtiġijiet partikolari tagħhom.

Network Ġudizzjarju Ewropew f'Materji Kriminali

In-Network Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet kriminali (NĠE kriminali) hu netwerk tal-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri li jassistu fil-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali

Eurojust

Il-Kunsill Ewropew waqqaf Eurojust sabiex jirrinforza l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja. Eurojust huwa korp magħmul minn prosekuturi, maġistrati jew uffiċjali tal-pulizija b’kompetenza ekwivalenti.

-Istitut tad-Dritt Ewropew

L-Istitut tad-Dritt Ewropew huwa organizzazzjoni indipendenti mingħajr skop ta' qligħ, stabbilita biex tikkontribwixxi biex it-tfassil tal-liġijiet fl-Ewropa jsir aħjar, biex titejjeb l-intergrazzjoni legali Ewropea u tissawwar komunità legali Ewropea iktar enerġetika.

EuroPris

Din il-paġna fiha informazzjoni dwar stabbilimenti penitenzjarji u skedi informattivi dwar il-kundizzjonijiet tal-ħabs kif imfassla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, u tipprovdi lill-prattikanti bl-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-MAE u strumenti oħra ta’ rikonoxximent reċiproku.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna