Bis-saħħa tat-Taqsima Cooperation with 3rd countries and judicial networks (Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u man-networks ġudizzjarji) fis-sit web tan-NĠE, il-Punti ta’ Kuntatt tan-NĠE għandhom aċċess online għad-dettalji ta’ kuntatt tal-membri ta’ dawn in-networks ġudizzjarji u għall-punti ta’ kuntatt fil-pajjiżi mhux tal-UE. Għaldaqstant, il-Punti ta’ Kuntatt tan-NĠE jkunu jistgħu jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali anki meta jkun hemm ħtieġa ta’ kooperazzjoni lil hinn mill-UE.
Qafas legali
Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali bejn il-pajjiżi tal-UE u dawk mhux tal-UE hija rregolata permezz tat-trattati u tal-ftehimiet internazzjonali, kemm bilaterali kif ukoll multilaterali.
L-istrumenti multilaterali jinkludi dawk adottati fl-ambitu tal-Kunsill tal-Ewropa u tan-NU, kif ukoll ftehimiet bejn l-UE u l-pajjiżi individwali. Dawn id-dokumenti tista’ ssibhom fil-Librerija Ġudizzjarja.