Skip to main content

Reġistri kummerċjali fil-pajjiżi tal-UE

Ċipru

Din it-taqsima tal-paġna tippreżenta test ta' introduzzjoni dwar ir-Reġistru tal-Kumpaniji ta' Ċipru. It-Taqsima dwar il-Kumpaniji titratta r-reġistrazzjoni, is-segwitu, il-verifika u t-tħassir tal-kumpaniji domestiċi, il-kumpaniji barranin, l-isħubiji, l-ismijiet tan-negozji u taqa' wkoll taħt id-Dipartiment tar-Reġistru tal-Kumpaniji u r-Riċevitur Uffiċċjali (DRCOR) tal-Ministeru tal-Enerġija, il-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu.

Il-kontenut ipprovdut minn
Ċipru
Flag of Cyprus

I. Kronoloġija tal-istabbiliment tar-reġistru nazzjonali

i. Meta twaqqaf?

Ir-Reġistru Kummerċjali (id-Dipartiment tar-Reġistratur tal-Kumpaniji u l-Proprjetà Intellettwali (Tmíma Efórou Etaireión kai Dianoitikís Idioktisías)) huwa aġenzija statali u huwa marbut mal-Ministeru tal-Enerġija, il-Kummerċ u l-Industrija. Ir-reġistru nazzjonali jinkludi l-organizzazzjonijiet kollha rreġistrati mill-1923. L-ewwel kumpanija barranija ġiet irreġistrata fl-20 ta’ Ġunju 1923. It-taqsima “Kumpaniji” (Kládos Etaireión) inħolqot fl-1924, bl-ewwel kumpanija rreġistrata fl-20 ta’ Mejju ta’ dik is-sena. It-taqsima “Sħubijiet u Ismijiet Kummerċjali” (Kládos ton Synetairismón kai Emporikón Eponymión) inħolqot fl-1929, bl-ewwel sħubija rreġistrata fis-26 ta’ April ta’ dik is-sena u l-ewwel isem kummerċjali fit-3 ta’ Mejju 1929.

ii. Meta ġie ddiġitizzat?

Fl-2013.

iii. Liema hija l-leġiżlazzjoni applikabbli attwali?

  • Il-kumpaniji domestiċi u barranin huma rregolati mil-Liġi dwar il-Kumpaniji (O perí Etaireión Nómos) (il-Kapitolu 113).
  • Is-sħubijiet u l-ismijiet kummerċjali huma rregolati mil-Liġi dwar is-Sħubijiet Ġenerali u Limitati u l-Ismijiet Kummerċjali (O perí Omorrýthmon kai Eterorrýthmon Synetairismón kai Emporikón Eponymión Nómos) (il-Kapitolu 116).
  • Il-kumpaniji Ewropej huma rregolati mir-Regolamenti tal-2006 dwar il-kumpaniji pubbliċi Ewropej b’responsabbiltà limitata (SE) (l-Att Amministrattiv Regolatorju Nru 290/2006).
  • Il-gruppi Ewropej b’interess ekonomiku huma rregolati mil-Liġi tal-2012 dwar il-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku (il-Liġi Nru 161(I)/2012).

II. X’informazzjoni joffri r-reġistru kummerċjali?

i. Min għandu d-dritt li jaċċessa r-reġistru?

  1. i. Min għandu d-dritt li jaċċessa r-reġistru?

Kwalunkwe parti interessata tista’ taċċessa r-reġistru u tikseb informazzjoni dwar kumpaniji domestiċi u barranin, sħubijiet, ismijiet kummerċjali, kumpaniji Ewropej u gruppi Ewropej b’interess ekonomiku.

Kulħadd jista’ jistabbilixxi online jekk organizzazzjoni partikolari hijiex elenkata fir-reġistri tad-Dipartiment u l-istatus tagħha.

Fir-rigward tal-kumpaniji Ewropej u l-gruppi Ewropej b’interess ekonomiku, ma hemm l-ebda funzjoni ta’ tfittxija elettronika iżda tista’ ssir tfittxija fiżika fl-uffiċċji tad-Dipartiment.

ii. X’informazzjoni joffri r-reġistru tan-negozju?

(a) Liema tipi ta’ data jiġu maħżuna (entitajiet imdaħħla fir-reġistru pubbliku, informazzjoni dwar l-insolvenza, rapporti finanzjarji, eċċ.)?

L-informazzjoni li ġejja tinħażen fir-Reġistru Kummerċjali:

  • id-dettalji tal-kumpanija, bħall-isem, id-data tal-inkorporazzjoni u l-uffiċċju reġistrat;
  • l-istatus tal-kumpanija, jiġifieri jekk tkun irreġistrata, maqtugħa, stralċjata, f’likwidazzjoni jew taħt ġestjoni;
  • kapital azzjonarju awtorizzat u kapital maħruġ;
  • dettalji tad-diretturi, is-segretarju u l-azzjonisti.
  • l-għadd ta’ ishma miżmuma minn kull azzjonist.

(b) Liema dokumenti jiġu sottomessi/maħżuna (fajls, kollezzjonijiet ta’ dokumenti, statuti, minuti tal-laqgħat ġenerali, eċċ.)?

Id-dokumenti u/jew l-informazzjoni li ġejjin sottomessi lir-Reġistratur tal-Kumpaniji jew reġistrati miegħu huma ppubblikati f’forma elettronika fir-Reġistru Kummerċjali u jissejħu “informazzjoni obbligatorja dwar l-iżvelar”:«»

  • id-dokument tat-twaqqif u l-istatuti tal-kumpanija;
  • kwalunkwe emenda għad-dokument tat-twaqqif u l-istatuti;
  • wara emenda għad-dokument tat-twaqqif jew l-istatuti, it-test tal-verżjoni l-ġdida tad-dokument emendat;
  • iċ-ċertifikat ta’ inkorporazzjoni u kwalunkwe bidla fl-isem;
  • id-dettalji tal-ħatra u tat-tluq u l-informazzjoni personali tal-uffiċjali, inkluż kwalunkwe bidla f’dik l-informazzjoni;
  • ir-rapport annwali u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji;
  • id-dettalji tal-uffiċċju reġistrat u kwalunkwe bidla fihom;
  • kwalunkwe bidla fil-kwartieri ġenerali tal-kumpanija;
  • kwalunkwe ordni ta’ likwidazzjoni, tkomplija tal-likwidazzjoni taħt is-superviżjoni ta’ qorti, jew sospensjoni ta’ likwidazzjoni;
  • avviżi ta’ ħatra ta’ likwidatur u d-dettalji tal-likwidatur;
  • id-dissoluzzjoni u kwalunkwe ordni ta’ dissoluzzjoni;
  • kwalunkwe riżoluzzjoni ta’ stralċ volontarju;
  • ir-rapport tal-likwidatur wara laqgħa finali;
  • it-tneħħija ta’ kumpanija mir-reġistru;
  • kwalunkwe rapport jew ċertifikat dwar il-kapital;
  • kwalunkwe rapport ta’ għotja ta’ ishma;
  • notifikazzjonijiet oħra illi huma mitluba mil-liġi.

iii. Kif nista’ nagħmel tfittxija (u x’inhuma l-kriterji ta’ tfittxija disponibbli)?

(a) Fiżikament

  • L-informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet reġistrati hija disponibbli direttament mill-uffiċċji tar-Reġistratur tal-Kumpaniji u l-Proprjetà Intellettwali, li jinsabu f’Makariou u Karpenisiou, Xenios Building, 1427 Nicosia, Cyprus.

(b) Fuq is-sit web tar-reġistru

  • L-informazzjoni tista’ tinsab fuq il-portal web tar-Reġistratur tal-Kumpaniji:

http://www.companies.gov.cy/


(c)X’inhuma l-kriterji ta’ tfittxija disponibbli?

  • Biex tagħmel tfittxija, l-ewwel ikklikkja fuq il-link tal-portal imsemmi hawn fuq. Imbagħad ikklikkja fuq “eServices”, imbagħad “eSearch in Business Entity’s Registry”. Din tieħdok fil-funzjoni tat-tfittxija.«» Kullħadd jista’ jfittex organizzazzjoni partikolari billi jdaħħal l-isem jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni.

iv. Kif nista’ nikseb id-dokumenti?

(a)Mingħajr ħlas?

  • Tista’ ssir tfittxija elettronika tal-fajl ta’ kumpanija Ċiprijotta, kumpanija barranija, sħubija jew isem kummerċjali billi tittajpja l-isem jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tagħhom.

L-informazzjoni li ġejja hija disponibbli mingħajr ħlas:

  • l-isem tal-organizzazzjoni;
  • id-data tar-reġistrazzjoni;
  • it-tip ta’ organizzazzjoni;
  • l-istatus tal-organizzazzjoni;
  • l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat/tal-post tax-xogħol;
  • l-isem tad-diretturi eżistenti u tas-segretarju/tas-sħab/tas-sid tal-isem kummerċjali;
  • previżjoni tas-servizzi pendenti li għandhom jiddaħħlu fir-reġistru;
  • previżjoni tad-dokumenti reġistrati;
  • id-data tar-reġistrazzjoni tal-aħħar rapport annwali.

(b)Għal tariffa?

  • Għal tariffa ta’ €10, tista’ ssir tfittxija sħiħa tal-fajl elettroniku tal-organizzazzjoni magħżula, fejn l-informazzjoni kollha mdaħħla fir-reġistru mid-data tar-reġistrazzjoni tagħha sad-data tat-tfittxija, u din inkluża, tkun disponibbli.
  • Kwalunkwe parti interessata tista’ tikseb ċertifikati / kopji ċċertifikati mal-ħlas tat-tariffa rilevanti.

v. Kif nista’ nikseb estratt mir-reġistru, kopja ċċertifikata jew traskrizzjoni tad-dokumenti?

  • Kwalunkwe parti interessata tista’ tissottometti talba għal ċertifikati / kopji ċċertifikati mal-ħlas tat-tariffa xierqa. Iċ-ċertifikati / kopji ċċertifikati jistgħu jinkisbu online, personalment, bil-posta jew bil-posta elettronika.

iii. Il-proċess tar-reġistrazzjoni

i. Kif nista’ nniedi l-proċedura ta’ reġistrazzjoni (kif nissottometti applikazzjonijiet lir-reġistru, ċertifikazzjoni tad-dokumenti, tip ta’ dokumenti li jeħtieġ li jiġu mehmuża)?

(a)Fiżikament

  • Il-proċedura ta’ reġistrazzjoni tista’ titwettaq direttament fl-uffiċċju tar-Reġistratur tal-Kumpaniji, mal-ħlas tat-tariffa xierqa.

(b)Online

  • Huwa possibbli li d-dokumenti jiġu rreġistrati kompletament online. Sabiex tirreġistra d-dokumenti ta’ organizzazzjoni rreġistrata permezz tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni tad-dokumenti, l-ewwel trid tikseb il-kodiċijiet tal-log-in tal-entità kummerċjali inkwistjoni. Il-kodiċijiet tal-log-in jistgħu jinkisbu billi tiġi sottomessa applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjoni rreġistrata fis-sistema elettronika fl-indirizz elettroniku li ġej: efilingcodes@drcor.meci.gov.cy

Għal aktar informazzjoni, ara: http://www.companies.gov.cy/en/21-eservices/efiling-of-documents

ii. Kif jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet sottomessi?

  • L-applikazzjonijiet sottomessi jiġu eżaminati minn uffiċjali tad-Dipartiment skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti.

IV. L-effetti legali tar-reġistrazzjoni

i. Effett tar-reġistrazzjonijiet fuq partijiet terzi skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2017/1132

  • Ir-Reġistratur tal-Kumpaniji jtella’ fir-reġistru, f’forma elettronika, l-informazzjoni aġġornata kollha li tispjega d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li skonthom partijiet terzi jistgħu jistrieħu fuq l-informazzjoni u kull tip ta’ dokument imsejjaħ “informazzjoni obbligatorja dwar l-iżvelar”.«»

ii. Diskrepanzi bejn ir-reġistrazzjoni fir-reġistru u l-pubblikazzjoni tagħha

  • Fil-każ ta’ diskrepanza bejn reġistrazzjoni fir-reġistru u l-pubblikazzjoni tagħha skont l-Artikolu 365a(1), il-kumpanija inkwistjoni ma tistax tuża t-test ippubblikat kontra partijiet terzi, iżda l-partijiet terzi jistgħu jinvokawh, sakemm il-kumpanija ma tkunx tista’ turi li l-parti terza kienet konxja tat-test imdaħħal fir-reġistru.

iii. Min huwa responsabbli għall-preċiżjoni tar-rekords?

  • Id-diretturi/uffiċjali tal-kumpanija inkwistjoni huma responsabbli għall-preċiżjoni tar-rekords.

V. Proċeduri ta’ protezzjoni tad-data

Skont l-Artikolu 371a tal-Liġi dwar il-Kumpaniji (il-Kapitolu 113), l-ipproċessar ta’ data personali abbażi ta’ dik il-Liġi huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Liġi dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data.

VI. Id-dettalji ta’ kuntatt

  • Tista’ tikkuntattja lid-Dipartiment tar-Reġistratur tal-Kumpaniji u l-Proprjetà Intellettwali bit-telefown fuq (+357) 22404301 / 22404302, jew bil-posta elettronika fuq eterion@drcor.meci.gov.cy jew deptcomp@drcor.meci.gov,
  • jew bil-posta fuq l-indirizz li ġej: Makariou u Karpenisiou, Xenios Building, 1427 Nicosia, Cyprus.

VII. Links siewja

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna