Skip to main content

Flus/Talbiet monetarji

Informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni, il-proċeduri, it-tariffi u l-formoli rigward kwistjonijiet finanzjarji

Il-liġi tal-UE dwar il-litigazzjoni ċivili u kummerċjali tista’ tintuża f’kawżi b'elementi transfruntiera biex il-flejjes dovuti jintalbu lura, u biex l-ordnijiet ta’ pagament jew l-insolvenza jkunu eżegwiti.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

L-Ordni ta' Pagament Ewropea hija proċedura ssimplifikata għal talbiet monetarji transkonfini li mhumiex ikkontestati mill-konvenut, ibbażata fuq formoli standard.

Talbiet żgħar

Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija ntiża biex tissimplifika u tħaffef it-talbiet transfruntiera sa EUR 5 000.

Insolvenza/falliment

Jekk kumpanija jew imprenditur isib ruħu f’diffikultà finanzjarja, jew ma jkunx jista’ jħallas id-djun tiegħu, f'kull pajjiż hemm proċedimenti speċifiċi li jindirizzaw din is-sitwazzjoni b'mod inklussiv, fejn ikunu involuti l-kredituri kollha (il-partijiet li jkunu dovuti l-flus).

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna