X’inhuma t-tariffi applikabbli?
Ma hemm l-ebda tariffa biex tinfetaħ kawża quddiem qorti ċivili (saisine du juge civil) ħlief l-ispejjeż għan-notifika tal-atti u l-ispejjeż tal-avukat. Fil-prinċipju ma hemm l-ebda tariffa fil-qrati ċivili. Wara li tinqata’ s-sentenza, jista' jkun hemm xi spejjeż sussegwenti, marbuta mal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni u wara talba mill-parti rebbieħa.