Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ECLI-Coordinator@curia.europa.eu) hija l-koordinatur tal-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI) għall-ġuriżdizzjonijiet tal-Unjoni.
Il-kodiċi tal-pajjiż
Il-"kodiċi tal-pajjiż" għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li għandu jintuża fit-tieni element tal-ECLI huwa: [EU]
Il-ġenerazzjoni tal-ECLI
Il-komponenti tal-ECLI li jintużaw biex jiġu identifikati d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea:
- It-taqsira tal-ECLI
- Il-kodiċi tal-pajjiż: EU
- Il-kodiċi tal-qorti:
C = Il-Qorti tal-Ġustizzja
T = Il-Qorti Ġenerali
F = It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
- Is-sena meta ngħatat id-deċiżjoni (format SSSS)
- Numru ordinali magħmul minn:
Numru tas-serje tad-deċiżjoni għal kull ġuriżdizzjoni għal kull sena
Eżempji:
ECLI:EU:C:1998:27 huwa s-27 dokument tal-Qorti tal-Ġustizzja b'ECLI fl-1998
ECLI:EU:T:2012:426 huwa l-426 dokument tal-Qorti Ġenerali b'ECLI fl-2012
ECLI:EU:F:2010:80 huwa t-80 dokument tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku b'ECLI fl-2010