Skip to main content

Kwistjonijiet tal-familja u wirt

Informazzjoni ġuridika rigward materji familjari għal kwistjonijiet transfruntiera fl-UE.

Il-liġi tal-familja tittratta materji bħaż-żwieġ, id-divorzji, l-adozzjoni tat-tfal, u diversi kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltà tal-ġenituri (il-kustodja, id-drittijiet ta’ aċċess, eċċ.).

Wirt

Informazzjoni dwar ir-Regolament Nru 650/2012 dwar is-Suċċessjoni u r-regoli nazzjonali dwar il-wirt

Divorzju u separazzjoni legali

Meta koppja miżżewġa tiddeċiedi li tissepara għal kollox, wieħed mill-konjuġi, jew it-tnejn flimkien, ġeneralment jagħtu bidu għal proċedura ta' divorzju.

Proprjetà fiż-żwieġ u fis-sħubijiet ċivili

Koppji f’relazzjoni b’dimensjoni internazzjonali li jkunu jeħtieġu informazzjoni ġuridika rigward il-proprjetà tagħhom f’każijiet ta’ divorzju/separazzjoni jew il-mewt ta’ wieħed mill-membri f’koppja.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tfisser id-drittijiet u l-obbligi kollha lejn wild u l-assi tiegħu / tagħha. Dan il-kunċett ta’ responsabbiltà tal-ġenituri jvarja bejn l-Istati Membri, madankollu normalment ikopri d-drittijiet ta’ kustodja u ta’ aċċess. Jekk intom koppja internazzjonali b’tifel wieħed jew aktar u issa qed tisseparaw, ikollkom bżonn taqblu dwar l-arranġamenti tal-kustodja għalihom.

Sekwestru tat-tfal mill-ġenituri

Intom koppja internazzjonali bit-tfal u bħalissa tinsabu għaddejjin minn separazzjoni? Forsi tixtieq tmur lura pajjiżek u tieħu lit-tfal tiegħek miegħek. Madankollu, jekk tagħmel hekk mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor jew tal-qorti, jaf tkun qed tikser il-liġi.

Manteniment tal-familja

Jekk tixtieq titlob manteniment, pereżempju billi titlob ħlas mensili għall-manteniment ta’ wild minuri minn ġenitur li mhux jgħix ma’ dak il-wild minuri, id-dritt tal-UE jippermettilek li tuża l-qrati tal-Istat tiegħek biex jiddeterminaw l-obbligu tad-debitur li jħallas il-manteniment u jistabbilixxu l-ammont li jrid jitħallas. Sentenza dwar dan tiġi rikonoxxuta faċilment fl-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna