Skip to main content

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri

Flag of Netherlands
In-Netherlands
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
(in civil and commercial matters)

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Ġenitur jista’ legalment jittrasferixxi l-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor biss jekk il-ġenitur għandu l-kustodja unika tal-minuri.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor huwa meħtieġ għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor jekk il-ġenituri għandhom il-kustodja konġunta tal-minuri.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk it-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor huwa meħtieġ, iżda l-ġenitur l-ieħor bil-kustodja konġunta tal-minuri ma jagħtix il-kunsens tiegħu, jista’ isir rikors lill-qorti għal kunsens alternattiv (l-Artikolu 253A, il-Ktieb I tal-Kodiċi Ċivili Netherlandiż (Nederlands Burgerlijk Wetboek)).

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Iva, fin-Netherlands l-istess regoli japplikaw għal trasferiment temporanju u trasferiment permanenti ta’ minuri. Ikklikkja hawnhekk għall-formularju relevanti: ‘toestemming om te reizen’ (bin-Netherlandiż)  (288 Kb) . “ittra ta’ kunsens għal minuri li jivvjaġġaw barra mill-pajjiż” (bl-Ingliż)  (298 Kb) 

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna